Termini tal-Karti Rigal

Fis-seħħ minn: 20 ta’ Novembru 2023

AVVIŻ DWAR L-ARBITRAĠĠ: JEKK TGĦIX ĠEWWA L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA JEW JEKK IL-POST PRINĊIPALI TAN-NEGOZJU TIEGĦEK HUWA BBAŻAT ĠEWWA L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA INT MARBUT/A BID-DISPOŻIZZJONI TAL-ARBITRAĠĠ SKONT IT-TERMINI TAS-SERVIZZ TA' SNAP INC.: ĦLIEF GĦAL XI XORTA TA' TILWIM IMSEMMI FIL-KLAWŻOLA TA’ ARBITRAĠĠ, INT U SNAP INC. TAQBLU LI T-TILWIM TA' BEJNIETKOM JINĠIEB U JINQATA' MINN ARBITRAĠĠ OBBLIGATORJU LI JORBOT LIT-TNEJN LI INTOM KIF IMFISSER FIT- TERMINI TAS-SERVIZZ TA' SNAP INC., U LI INT U SNAP INC. IĊĊEDU KULL JEDD LI TIEĦDU SEHEM F'XI AZZJONI KOLLETTIVA JEW F'ARBITRAĠĠ BĦALA GRUPP.

Introduzzjoni

Jekk jogħġbok aqra dawn it-Termini tal-Karti Rigal sew. Dawn it-Termini tal-Karti Rigal huma kuntratt b'rabta legali bejnek u bejn Snap u jgħoddu għall-karti rigal ta' Snapchat+ li tixtri u ssarraf fuq is-Servizzi (“Karti Rigal”). Dawn it-Termini tal-Karti Rigal jirreferu għal, u għalhekk jiġbru fihom, it-Termini tas-Servizz ta' Snap. Jekk xi darba dawn it-Termini tal-Karti Rigal imorru kontra xi termini oħra, dawn it-Termini tal-Karti Rigal għandhom jirregolaw fil-każ tal-għoti ta’ rigal għall-abbonamenti Snapchat+ bl-użu ta' Karta Rigal. Il-kapaċità li tixtri, tagħti rigal u ssarraf l-abbonamenti Snapchat+ bil-Karti Rigal hija parti mis-“Servizzi” ta' Snap skont it-tifsira mogħtija fit-Termini tas-Servizz ta' Snap.

1. Xiri ta' Karta Rigal 

a. Jekk tixtri Karta Rigal mingħand xi parti terza / terza tagħna, se jkun hemm termini u politiki oħra li japplikaw għar-relazzjoni tiegħek ma' dik il-parti terza / terza li se jgħoddu wkoll għax-xirja tiegħek tal-Karta Rigal.

2. Tisrif 

a. Il-Karti Rigal jintbagħtu b'mod diġitali b'email u jistgħu jissarrfu biss fuq www.snapchat.com/plus. Biex issarraf Karta Rigal u tikseb l-abbonament Snapchat+ li ngħatalek bħala rigal għaż-żmien indikat fuq il-Karta Rigal, jeħtieġ: (i) li jkollok jew li tirreġistra għal kont ta’ Snapchat; (ii) li ma jkollokx abbonament Snapchat+ diġa fis-seħħ; (iii) li jkollok mill-inqas 13-il sena (jew l-inqas età meħtieġa biex persuna tkun tista tuża Snapchat+ u Snapchat fl-istat, fil-provinċja jew fil-pajjiż tiegħek mingħajr il-kunsens tal-ġenituri, jekk din l-età tkun ikbar) u (iv) li ssarraf il-Karta Rigal fl-istess pajjiż minn fejn tkun inxtrat.

3. Restrizzjonijiet

Kull Karta Rigal tista' tintuża darba biss u tista' tissarraf biss għal dak iż-żmien kollu li hu muri fuq il-karta għal kont privat u mhux permess li ssarraf parti mill-valur tal-karta biss. Il-Karti Rigal ma jistgħux jissarrfu għall-flus jew kreditu u ma jistgħux jiġu ritornati għal rifużjoni sakemm mhux obbligati b'liġijiet applikabli għall-istat jew għall-pajjiż tiegħek. Il-Karti Rigal ma jistgħux jintużaw biex tibda tuża xi offerta li torbot Snapchat+ ma' prodotti jew servizzi ta' kumpaniji oħra li nistgħu nkunu msieħba magħhom. Il-karti rigal ma jiskadux, u ma niċċarġjaw l-ebda tariffi għas-servizz jew tariffi għall-fatt li ma jkunux qed jintużaw.

4. Ċaħda ta' Responsabbiltà

Jekk qed tixtri din il-Karta Rigal minn Snap.com u tgħix ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerka, il-Karta Rigal se tinħareġ minn Snap LLC imma Snapchat+ u s-servizz ta' Snapchat hu provdut minn Snap Inc. La Snap u lanqas l-imsieħba jew l-aġenti tagħna (fosthom Snap LLC) m'huma responsabbli għal telf jew ħsarat li jirriżultaw minn karti mitlufa, misruqa, jew miksuba bil-qerq jew karti użati mingħajr permess.