Termini tal-Għodod tal-AI

Fis-seħħ minn: 30 ta’ Settembru 2024

AVVIŻ DWAR L-ARBITRAĠĠ: INT MARBUT(A) BID-DISPOŻIZZJONI TAL-ARBITRAĠĠ STIPULATA FIT-TERMINI TAS-SERVIZZI KUMMERĊJALI. JEKK QED TIKKUNTRATTA MA' SNAP INC., ALLURA INT U SNAP INC. TIRRINUNZJAW KWALUNKWE DRITT LI TIPPARTEĊIPAW F'KAWŻA LEGALI TA' AZZJONI KOLLETTIVA JEW ARBITRAĠĠ KOLLETTIV.

Daħla

Dawn it-Termini tal-Għodod tal-AI jiffurmaw kuntratt legalment vinkolanti bejnek u bejn Snap, jirregolaw l-użu tiegħek ta' kwalunkwe AI ġenerattiva u għodod oħra miġjuba mill-AI li Snap tipprovdilek permezz ta' jew b'konnessjoni mas-Servizzi Kummerċjali (Għodod tal-AI) u huma inkorporati fit-Termini tas-Servizzi Kummerċjali. Xi termini użati f'dawn it-Termini tal-Għodod tal-AI huma definiti fit-Termini tas-Servizzi Kummerċjali.

1. Għodod tal-AI

a. L-Għodod tal-AI jużaw inputs inklużi prompts testwali, stampi, fajls tal-awdjo, vidjows, dokumenti, data jew kontenut ieħor ipprovdut minnek jew użat taħt id-direzzjoni tiegħek ("Inputs") biex jiġġeneraw outputs ibbażati fuq dawk l-Inputs, inkluż kontenut u suġġerimenti ("Outputs").

b. Bħal fil-każ tal-partijiet (u sakemm permess mil-Liġi Applikabbli), kull parti jew il-liċenzjaturi tagħhom se jżommu s-sjieda ta' kwalunkwe dritt eżistenti minn qabel fi kwalunkwe Input u Output. Snap jew il-liċenzjaturi tagħha għandhom is-sjieda tal-Għodod tal-AI u kwalunkwe teknoloġija sottostanti użata biex tiġġenera l-Outputs.

c. L-Inputs u l-Outputs kollha se jiġu ttrattati għall-iskopijiet tat-Termini tas-Servizzi Kummerċjali bħala kontenut li int tissottometti lis-Servizzi u għaldaqstant kwalunkwe dritt u liċenzja mogħtija lilna u obbligi fuqek fir-rigward tal-kontenut sottomess jew magħmul disponibbli għalik fit-Termini tas-Servizzi Kummerċjali għandhom japplikaw għall-Inputs u l-Outputs.

2. Inputs

Barra minn kwalunkwe restrizzjoni stipulata fit-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, int għandek tiżgura li: (a) l-Inputs ma jkunx fihom jew ma jużawx, jew inkella ma jkunux mistennija b'mod raġonevoli li jiġġeneraw Outputs li jkun fihom jew li jużaw: (i) kwalunkwe data personali; jew (ii) kontenut li jikser id-drittijiet ta' oħrajn jew li inkella jkun inkiseb b'mod illegali; u (b) int tikkonforma ma' kwalunkwe linja gwida tas-sottomissjoni jew politiki oħrajn li nipprovdulek li japplikaw għall-użu tiegħek ta' Għodda tal-AI jew sottomissjoni ta' Inputs. Barra dan, int m'għandekx, u lanqas ma għandek tieħu kwalunkwe azzjoni li tista' b'mod raġonevoli tkun mistennija li, tidderieċi lill-Għodod tal-AI biex jiġġeneraw kwalunkwe Output bi ksur tat-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, kwalunkwe dritt applikabbli tal-proprjetà intellettwali, restrizzjoni kuntrattwali jew Liġijiet Applikabbli. 

3. Outputs

a. Barra minn kwalunkwe restrizzjoni stipulata fit-Termini tas-Servizzi Kummerċjali, int tista' tuża l-Outputs biss f'konnessjoni mas-Servizzi Kummerċjali u ma tistax tużaw dawk l-Outputs fuq jew ma' kwalunkwe servizz, pjattaforma jew teknoloġija oħra, sew waħedhom jew flimkien ma' kontenut ieħor.

b. Int ma għandekx u lanqas ma għandek tieħu ebda azzjoni li tista' b'mod raġonevoli tkun mistennija li: (i) tirrappreżenta ħażin l-Outputs li kienu ġew iġġenerati mill-bniedem jew inkella ġġenerati mingħajr l-użu tal-intelliġenza artifiċjali; jew (ii) tibdel, toskura jew tneħħi kwalunkwe marka tal-ilma jew żvelar applikat mal-Outputs mill-Għodod tal-AI.

4. Dikjarazzjoni ta' Ċaħda ta' Responsabbiltà

a. Int taqbel u tirrikonoxxi li: (i) L-Outputs huma pprovduti kif inhuma u pprovduti lilek mingħajr rappreżentazzjonijiet jew garanziji ta' kwalunkwe tip, sew espressi jew implikati; (ii) L-Outputs jistgħu jkunu ineżatti, inkompleti, qarrieqa, offensivi, oġġezzjonabbli, mhux xierqa, bi ksur, mhux adatti, illegali, mhux xierqa għal skop partikolari jew l-istess bħal jew simili għal kontenut iġġenerat għal utenti oħrajn tas-Servizzi; u (iii) int tuża l-Għodod tal-AI u kwalunkwe Output għar-riskju tiegħek stess u ma għandekx tiddependi fuqhom għal pariri mediċi, legali, ta' investiment, finanzjarji, jew kwalunkwe parir professjonali ieħor. L-Outputs jista' jkollhom ukoll kontenut li huwa inkonsistenti mal-fehma ta' Snap u Snap ma tapprova l-ebda kontenut inkluż fi kwalunkwe Output.

b. Int biss responsabbli biex tevalwa kwalunkwe Output biex tiddetermina jekk huwiex xieraq għall-użu, u għal kwlaunkwe użu ta' Outputs, inkluż li tiżgura li kwalunkwe Output użat ma' jew f'konnessjoni mas-Servizzi huwa konformi mat-Termini tas-Servizzi Kummerċjali

5. Il-Ftehim Sħiħ

Dawn it-Termini tal-Għodod tal-AI jistipulaw il-fehim u l-ftehim sħiħ bejnek u bejn Snap fir-rigward tal-użu tiegħek tal-Għodod tal-AI u jieħdu post il-ftehimiet l-oħrajn kollha bejnek u bejn Snap rigward l-Għodod tal-AI.

Fil-qosor: tista' tuża l-Għodod tal-AI ta' Snap biex tissottometti varji tipi ta' kontenut u informazzjoni (bħal prompts testwali, stampi, vidjow), biex jiġġeneraw outputs għalik biex tuża mas-Servizzi Kummerċjali. Snap mhix responsabbli għal kwalunkwe output li tiġġenera u int tuża l-outputs għar-riskju tiegħek stess. L-użu tiegħek tal-outputs irid ikun konformi mat-Termini tas-Servizzi Kummerċjali tagħna u Termini u Politiki Addizzjonali applikabbli oħra. Hemm ċerti restrizzjonijiet għall-użu tiegħek tal-Għodod tal-AI tagħna, inkluż li int ma għandekx tissottometti xi ħaġa jew tidderieġi lill-Għodod tal-AI biex joħolqu xi ħaġa li: (i) int ma għandekx id-dritt għaliha; (ii) tikser it-Termini tas-Servizzi Kummerċjali tagħna; jew (iii) tikser kwalunkwe liġi jew inkella tikser kwalunkwe dritt ta' kwalunkwe persuna.