Regoli tal-Kamra Nadifa tad-Dejta

Fis-seħħ minn: 25 ta' Lulju 2025

AVVIŻ DWAR L-ARBITRAĠĠ: INTI MARBUT/A BID-DISPOŻIZZJONI TAL-ARBITRAĠĠ SKONT IR-REGOLI TAS-SERVIZZ GĦAN-NEGOZJU. JEKK SER TIDĦOL FI FTEHIM MA' SNAP INC., INTI U SNAP INC. IĊĊEDU KULL JEDD LI TIEĦDU SEHEM FI PROĊEDIMENT KOLLETTIV JEW F'ARBITRAĠĠ BĦALA GRUPP.

Daħla

Dawn ir-Regoli tal-Kamra Nadifa tad-Dejta huma ftehim b'rabta legali bejnek u bejn Snap, jgħoddu għal kif tuża s-Servizzi tan-Negozju biex toħloq in-numri dwar il-ħidma tar-reklami bis-servizzi tal-kamra nadifa tad-dejta mogħtija minn operatur parti terza awtorizzat tal-kamra nadifa tad-dejta (“Programm tal-Kamra Nadifa tad-Dejta”) u huma parti mir-Regoli tas-Servizzi tan-Negozju. Tista' ssib it-tifsiriet ta' xi wħud mill-frażijiet li nużaw f'dawn ir-Regoli tal-Kamra Nadifa tad-Dejta fir-Regoli tas-Servizzi tan-Negozju.

1. Programm tal-Kamra Nadifa tad-Dejta

a. Il-Programm tal-Kamra Nadifa tad-Dejta iħallina naqsmu d-dejta, fosthom dwar l-għemil imwettaq fuq is-Servizzi jew is-siti, l-apps jew fil-ħwienet, ma' xi operatur jew operaturi tas-servizzi tal-kamra nadifa tad-dejta barra l-kumpanija tagħna li t-tnejn li aħna naqblu dwarhom biex nifhmu aħjar kif qed tuża s-Servizzi tan-Negozju (kull operatur magħruf bħala “Operatur tad-DCR”). It-tnejn li aħna naqblu li n-naħa l-oħra tista' titlob lill-Operatur ta-DCR biex joħloq għarfien imsejjes fuq ġabra ta' dejta anonima ta' kif tuża s-Servizzi tan-Negozju bit-talbiet u l-istruzzjonijiet li n-naħa l-oħra tkun qablet magħhom bil-miktub bil-quddiem.

b. Inti u Snap taqblu u tifhmu li kull wieħed minna: (i) minn rajna nagħżlu x'dejta nagħtu lill-Operatur ta-DCR; (ii) li ma rridux u ma nħallux lil xulxin niksbu jew naċċessaw dik id-dejta; u (iii) nagħtu istruzzjonijiet indipendenti lill-Operaturi tad-DCR dwar kif għandhom jipproċessaw dik id-dejta biex jisiltulna l-għarfien. Għalhekk, tifhem u taqbel ukoll li meta d-dejta tiegħek ikun fiha d-dejta personali: (aa) kull wieħed minna huwa kontrollur tal-għemil tal-ipproċessar tad-dejta indipendenti mill-ieħor għall-għemil li kull wieħed minna jwettaq (jew jitlob lill-Operatur tad-DCR jwettaq) fejn jidħol il-Programm tal-Kamra Nadifa tad-Dejta; (bb) Snap mhix ser tikseb aċċess għad-dejta personali tiegħek u lanqas mhi se tipproċessa d-dejta personali f'ismek; u (ċċ) l-Operatur tad-DCR huwa l-proċessur tad-dejta waħdieni maħtur minnek biex jipproċessa d-dejta personali tiegħek għall-Programm tal-Kamra Nadifa tad-Dejta. Jekk id-dejta li taqsam fil-Programm tal-Kamra Nadifa tad-Dejta jkun fiha xi dejta personali, din taqa' taħt ir-Regoli tad-Dejta Personali.

ċ. Meta tuża l-prodotti jew is-servizzi mogħtija minn xi ħadd barra l-kumpanija tagħna b'rabta mal-Programm tal-Kamra Nadifa tad-Dejta (fosthom il-prodotti u s-servizzi mogħtija minn Operatura tad-DCR), tkun qed tagħmel hekk riskju tiegħek u skont ir-regoli tal-persuna barra l-kumpanija tagħna. Snap mhix se tinżamm responsabbli għall-ħsarat jew għat-telf imġarrab minnek minħabba li tkun użajt dawk il-prodotti jew is-servizzi tal-persuna barra l-kumpanija tagħna.

2. Dejta

a. Minbarra r-restrizzjonijiet imsemmija fir-Regoli tas-Servizzi tan-Negozju, int u Snap taqblu li mhux se, u mhux se nitolbu lil min, jagħti s-setgħa jew iħeġġeġ lil xi ħadd ieħor (fosthom xi Operatur tad-DCR) biex: (i) sakemm ma jkunx skont il-permessi mogħtija direttament f'dawn ir-Regoli tal-Kamra Nadifa tad-Dejta, twettqu xi għemil jew studju bid-dejta li n-naħa l-oħra taqsam ma' Operatur tad-DCR biex tiksbu xi għarfien grazzi għall-Programm tal-Kamra Nadifa tad-Dejta; jew (ii) b'xi mod ieħor tużaw jew tistudjaw jew taċċessaw, tikkuppjaw, tibdlu, taqsmu, tgħaddu, tifhmu kif taħdem, tneħħu l-anonimità jew tagħtu aċċess għal did-dejta (fosthom id-dejta personali) li n-naħa l-oħra tkun qasmet ma' Operatur tad-DCR.

b. Snap tista' tuża kull riżultat li tikseb mill-Programm Kamra Nadifa tad-Dejta (fosthom dawk mogħtija minn Operatur tad-DCR) biex tagħti s-Servizzi, fosthom: (i) biex tagħti għarfien dettaljat miżjud ma' dak mogħti mill-Operatur tad-DCR; u (ii) biex ittejjeb u żżid mas-Servizzi. Kull riżultat, dejta jew ħarsiet dettaljati miksuba minnek mill-Programm Kamra Nadifa tad-Dejta (fosthom mingħand Snap jew xi Operatur tad-DCR) huma Dejta tas-Servizzi tan-Negozju u jistgħu jintużaw biss bħala ġabra anonima, għalik biss, biex tieħu ħsieb il-kampanji tar-riklami li tmexxi mis-Servizzi.

3. Il-Ftehim Sħiħ

Dawn ir-Regoli tal-Kamra Nadifa tad-Dejta huma l-fehim u l-ftehim kollu bejnek u bejn Snap għal meta tuża l-Programm tal-Kamra Nadifa tad-Dejta u jieħdu post kull ftehim ieħor bejnek u bejn Snap fejn jidħol il-Programm tal-Kamra Nadifa tad-Dejta.