Regoli tal-SMS

1. Meta tagħżel li tibda tuża s-servizz, se tirċievi messaġġ biex tikkonferma r-reġistrazzjoni tiegħek. Biex tirreġistra, wieġeb il-messaġġ bl-ittra “Y”. Jaf ikollok tħallas għall-messaġġ u għall-internet. tal-mowbajl. L-għadd ta' drabi tal-messaġġi li nibagħtulek jiddependi mis-sitwazzjoni. Għall-għajnuna ibgħat messaġġ bil-kelma “HELP”. Biex tikkanċella ibgħat messaġġ bil-kelma “STOP”.

2. Tista' tikkanċella das-servizz meta trid billi tibgħat messaġġ bil-kelma “STOP”. Wara li tibagħtilna l-messaġġ bil-kelma “STOP”, se nibagħtulek messaġġ biex nikkonfermaw li l-abbonament tiegħek intemm. Minn hemm 'il quddiem, mhux se tirċievi iktar messaġġi b'dak il-kodiċi qasir mingħandna.

3. Jekk xi darba tkun tixtieqna nfakkruk kif tikkomunika mas-servizz tagħna, kemm twieġeb bil-kelma “HELP”. Wara li tibagħtila l-messaġġ “HELP”, aħna se nweġbuk bl-istruzzjonijiet ta' kif tuża s-servizz tagħna u kif ittemm l-abbonament tiegħek.

4. Operaturi tas-servizz tal-mowbajl li jagħmlu parti minn dal-programm: AT&T, Verizon Wireless, Sprint, T-Mobile, U.S. Cellular, Boost Mobile, MetroPCS, Virgin Mobile, Alaska Communications Systems (ACS), Appalachian Wireless (EKN), Bluegrass Cellular, Cellular One of East Central, IL (ECIT), Cellular One of Northeast Pennsylvania, Cricket, Coral Wireless (Mobi PCS), COX, Cross, Element Mobile (Flat Wireless), Epic Touch (Elkhart Telephone), GCI, Golden State, Hawkeye (Chat Mobility), Hawkeye (NW Missouri), Illinois Valley Cellular, Inland Cellular, iWireless (Iowa Wireless), Keystone Wireless (Immix Wireless/PC Man), Mosaic (Consolidated or CTC Telecom), Nex-Tech Wireless, NTelos, Panhandle Communications, Pioneer, Plateau (Texas RSA 3 Ltd), Revol, RINA, Simmetry (TMP Corporation), Thumb Cellular, Union Wireless, United Wireless, Viaero Wireless u West Central (WCC jew 5 Star Wireless).

5. L-operaturi tas-servizz tal-mowbajl mhux responsabbli għall-messaġġi li jaslu tard u għall-messaġġi li ma jaslux.

6. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar is-servizzi mogħtija minn dal-kodiċi qasir, tista tibgħatilna email lil support@snapchat.com.

7. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-privatezza, jekk jogħġbok aqra l-Politika tal-Privatezza tagħna.