REGOLI TAL-ABBONAMENTI GĦALL-ĦALLIEQA FUQ SNAP

Fis-Seħħ Minn: 1 ta’ Settembru, 2026

Daħla

Merħba! Ninsabu eċitati li inti interessat fl-Abbonamenti għall-Ħallieqa, li jippermetti ħallieqa eliġibbli biex joffru ċertu aċċess esklussiv b'mod ta' abbonament lill-udjenza tagħhom ("Programm"). Dawn ir-Regoli tal-Abbonamenti għall-Ħallieqa ("Regoli") jiggovernaw il-parteċipazzjoni fl-Abbonamenti għall-Ħallieqa u jiffurmaw kuntratt vinkolanti bejnek u Snap ("Snap" jew "aħna"). Jekk joġħġbok aqrahom sew.

L-utenti li jaċċettaw u jikkonformaw ma' dawn ir-Regoli tal-Abbonamenti għall-Ħallieqa biss se jkunu eliġibbli biex jieħdu sehem fil-Programm.

Dawn ir-Regoli jinkludu b'referenza r-Regoli tal-Ħlas għall-Ħallieqa ta' Snap u r-Regoli tas-Servizz ta' Snap, kif ukoll kwalunkwe linja gwida u politika oħra li huma relevanti. Jekk għal xi raġuni dawn ir-Regoli jkunu f'kunflitt ma xi regoli oħra, dawn ir-Regoli se jorbtu fir-rigward tal-użu tiegħek tal-Abbonamenti għall-Ħallieqa.

Fejn ipprovdejna sommarji fir-Regoli tal-Abbonamenti għall-Ħallieqa, għamilna dan għall-konvenjenza tiegħek biss. Għandek taqra r-Regoli tal-Abbonamenti għall-Ħallieqa kollha biex tifhem d-dmirijiet u jeddijiet legali tiegħek.

1. Attività Li Tikkwalifika

Il-Programm hu miftuħ bi stedina biss. Ir-rekwiżiti minimi ta' Eliġibbiltà għall-Ħlas se jkunu kif spjegati fir-Regoli tal-Ħlas għall-Ħallieqa. Jekk tissodisfa r-rekwiżiti Minimi ta' Eliġibbiltà u tiġi mistieden għall-Programm, Snap tista' tippremjak billi tħallsek għall-implimentazzjoni ta' Attività li Tikkwalifika, kif dak it-terminu huwa definit fir-Regoli tal-Ħlas għall-Ħallieqa. Kwalunkwe tali ħlas ("Ħlas") jista' jiġi ffinanzjat minn sehem ta' qligħ li nirċievu mid-Dħul Gross (definit hawn taħt) f'konnessjoni mal-Programm.

Attività Eliġibbli tista tinkludi:

  • Li toffri Abbonament għall-Ħallieqa u li ttella' Kontenut Pubbliku permezz tal-Programm; jew

  • Tieħu sehem fi kwalunkwe attività oħra li nqisu bħala Attività Eliġibbli, sakemm tkun aċċettajt kwalunkwe regoli addizzjonali li nafu nitolbu mingħandek (li se jkunu parti minn dawn ir-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa).

L-Attività Li Tikkwalifika tiġi ddeterminata minn Snap fid-diskrezzjoni tagħha. Il-Programm hu parti mis-"Servizzi" ta' Snap kif definiti fit-Termini tas-Servizz ta' Snap. L-ebda utent, kont, jew kontenut li jikser ir-Regoli tal-Ħlas tal-Ħallieqa jew dawn ir-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa mhu se jkun eliġibbli għall-parteċipazzjoni fil-programm jew għall-qligħ tal-flus.

Fil-Qosor: Aħna nistgħu nikkumpensawk billi nħallsuk biex tinvolvi ruħek f’ċertu attivitajiet, bħal tpoġġi kontenut esklussiv għall-abbonati.

2. Responsabilitajiet tal-Ħallieqa

Biex tibqa' eliġibbli biex tipparteċipa fl-Abbonamenti għall-Ħallieqa, għandek:

  • Tipprovdi deskrizzjonijiet ċari lill-Abbonati dwar x'qed toffri fl-Abbonament għall-Ħallieqa u kwalunkwe informazzjoni materjali relatata mal-Abbonament għall-Ħallieqa, u twassal kull benefiċċju imwiegħed jew mixtri lill-Abbonati.

  • Tifhem li l-kontenut kollu li taqsam permezz tal-Programm huwa kkunsidrat bħala Kontenut Pubbliku taħt ir-Regoli tas-Servizz ta' Snap u b'hekk, tiżgura li timxi mal-Linji Gwida tal-Komunità ta' Snap.

  • Tużax jew tinkludix xi mużika fil-kontenut tal-Abbonament tal-Kreatur tiegħek sakemm ma jkollokx id-drittijiet kollha f'dik il-mużika (inklużi li tkun oriġinarjament ikkomponejt, ħloqt, daqqejt, u rrekordjajt il-mużika u l-lirika kollha int stess) jew tkun ksibt separatament id-drittijiet u l-liċenzji applikabbli kollha meħtieġa biex tqassam, tissinkronizza, tikkopja, turi, iddoqq pubblikament, u tuża b'xi mod ieħor din il-mużika fil-kontenut tal-Abbonament tal-Kreatur tiegħek madwar id-dinja, inkluż mingħand kwalunkwe tikketta tad-diski applikabbli, pubblikaturi tal-mużika u detenturi oħra tad-drittijiet. Kwalunkwe użu mhux awtorizzat ta' mużika b'konnessjoni mal-Programm jista' jirriżulta, fost affarijiet oħra, fis-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-abilità tiegħek li tipparteċipa fil-Programm. 

  • Tibqa' responsabbli għal kif tinteraġixxi mal-abbonati tiegħek. Nistgħu nissorveljaw il-kontenut tal-Abbonament għall-Ħallieqa tiegħek u niffaċilitaw interazzjonijiet billi nipprovdu l-Programm, però m'aħniex responsabbli għall-interazzjonijiet mal-Abbonati.

Fil-Qosor: Inti responsabbli li tiżgura li dak li qed toffri fl-abbonament huwa rreklamat b'mod ċar lill-Abbonati potenzjali u li l-kontenut kollu tal-Abbonament għall-Ħallieqa jimxi mal-liġijiet u regoli kollha applikabbli, inkluż kwalunkwe liġijiet tal-proprjetà intellettwali u linji gwida ta' Snap stipulati fir-Regoli tas-Servizz ta' Snap.

3. Dħul, Ħlasijiet u Prezzijiet

3.1 Il-Prezz tal-Abbonament

Tista' tiddeċiedi l-prezzijiet applikabbli għall-Abbonament għall-Kreaturi tiegħek mill-firxa pprovduta minn Snap. Snap tista' tagħżel jew temendi prezzijiet minimi, massimi, u livelli minn żmien għal żmien. Ħlas ta' abbonamenti huma pproċessati permezz ta' fornitur fl-app-store jew xi pjattaforma tal-bejgħ barranija oħra ("Fornitur tal-Bejgħ"), fejn it-tnejn li huma jistgħu jżommu miżata tal-pjattaforma. 

3.2 Dħul mill-Abbonamenti

Kull xahar, se nħallsuk parti mid-Dħul Gross (definit hawn taħt) tal-ammont imħallas mill-Abbonati għall-aċċess tal-Abbonament għall-Ħallieqa tiegħek. "Dħul Gross" tfisser l-ammont proprju rċevut minn Snap mill-Abbonati tal-Abbonamenti għall-Ħallieqa tiegħek, Tnaqqis mill-Qsim tad-Dħul (definit hawn taħt). "Tnaqqis mill-Qsim tad-Dħul" tfisser (a) taxxi, jekk hemm, mitluba li jinġabru, jinżammu jew jitħallsu b'rispett ta' tali ammonti (ħlief taxxi fuq id-dħul nett ta' Snap), (b) tariffi tal-pjattaforma, u (ċ) kwalunkwe u kull rifużjoni lill-abbonati. 

Tista' wkoll taċċetta li Snap se jżomm perċentwal tad-Dħul Gross ("Tariffa"), li nistgħu nitolbu lill-Fornitur tal-Bejgħ biex jiġbru hu u jħallasna mingħajr notifika oħra u/jew approvazzjoni. L-ammont tat-Tariffa hija ddeterminata minn Snap hekk kif jidhrilha hi. Kull ammont ta' Ħlas li jidher fl-applikazzjoni ta' Snapchat huwa stima, u jintwera lilek biss bħala konvenjenza u jista' jinbidel. Fil-każ li taf xi ammont lil Snap, jista' jkun hemm bżonn (bħala kundizzjoni ta' kwalunkwe pagament li tista' tirċievi) li l-Fornitur tal-Ħlas inaqqas jew iżomm ammonti fuq il-kont għal rifużjonijiet, miżati amministrattivi, frodi, u/jew ammonti oħra li inti taf lil Snap. Mhux se tkun eliġibbli biex tirċievi Ħlas għat-tali stimi jekk ma tkunx qed timxi mar-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa u ma tkunx ħloqt Kont tal-Ħlas validu. L-ammonti finali ta' kwalunkwe Ħlas se jkun rifless fil-Kont tal-Ħlas tiegħek li se toħloq mal-Fornitur tal-Ħlas tagħna. Biex inkunu ċari, ammonti tal-Ħlas jew ammonti murija fuq l-applikazzjoni ta' Snapchat mhumiex maħluqa biex jagħtu jew jimponu xi drittijiet jew jirrappreżentaw xi dmirijiet, ma jfissrux li huma proprjetà jew li joħolqu drittijiet ta’ proprjetà, mhumiex trasferibbli jew assenjabbli, u ma jistgħux jinbiegħu, jitpartu jew jinbidlu.

Fil-Qosor: Għandna limitu minimu ta' ħlas ta' $100 USD. Malli tilħaq il-limitu, tkun tista' titlob ħlas mingħandna. Jekk, wara ċertu perjodu ta' żmien, tonqos milli tagħmel dan, aħna nipprovaw inħallsuk, dment li tkun qed tikkonforma ma' dawn ir-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa. Jekk mhux, int ma tkunx eleġibbli biex tirċievi Ħlas għal xi Attivita' ta' Kwalifikazzjoni applikabbli. Aħna m'aħniex responsabbli lejk għal xi kwistjonijiet ta’ ħlas li jinqalgħu barra l-kontroll tagħna jew xi fondi mhux maħduma fil-Kont tal-Ħlas tiegħek.  Aħna nistgħu nirrifjutaw jew nadattaw il-Ħlas tiegħek għal ċertu raġunijiet, inkluż jekk tikser dawn ir-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa jew kwalunkwe ftehim ieħor magħna.

4. Mixxellanji

Jaf ikollna bżonn naġġornaw ir-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa minn żmien għal zmien. Jekk dawk il-bidliet tar-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa huma materjali, ser nipprovdulek notifika minn żmien adegwat qabel (sakemm il-bidliet mhumiex meħtieġa qabel, ngħidu aħna, minħabba xi bidla fir-rekwiżiti legali jew fejn inkunu qed inniedu Servizzi jew faċilitajiet ġodda). Jekk inti tkompli tieħu sehem fil-Programm wara li dawn il-bidliet jidħlu fis-seħħ, aħna se nqisu li inti aċċettajt dawk il-bidliet. Jekk f'xi ħin ma taqbilx ma' kwalunkwe bidla ta' dawn ir-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa, għandek tieqaf tipparteċipa fil-Programm billi tiktbilna hawn biex tikkanċella l-Abbonament għall-Ħallieqa tiegħek. Dawn ir-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa ma joħolqux jew jagħtu ebda dritt ta' benefiċjarju ta' parti terza. Xejn f’dawn ir-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa mhu se jiġi interpretat li jimplika impriża komuni, aġent prinċipali, jew relazzjoni ta’ impjieg bejnek u bejn Snap u l-imsieħba ta’ Snap. Jekk ma nwettqux dispożizzjoni f'dawn ir-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa, din ma titqiesx bħala rinunzja. Aħna nirriżervaw id-drittijiet kollha mhux espressament mogħtija lilek. Dawn ir-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa nkitbu bl-Ingliż u jekk kwalunkwe verżjoni tradotta ta' dawn ir-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa tkun f'kunflitt mal-verżjoni bl-Ingliż, il-verżjoni bl-Ingliż se tieħu preċedenza. Jekk kwalunkwe dispożizzjoni ta' dawn it-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa hija meqjusa invalida, allura dik id-dispożizzjoni se titneħħa minn dawn ir-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa u ma taffettwax il-validità u l-effettività tal-bqija tad-dispożizzjonijiet.

Fi Ftit Kliem: Inti responsabbli għall-attività kollha li sseħħ fil-kont tiegħek. Għandek tirrevedi dawn ir-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa għax forsi naġġornawhom. Dawn ir-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa ma joħolqu l-ebda tip ta' relazzjoni ta' impjieg bejnietna. Il-verżjoni bl-Ingliż ta' dawn ir-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa torbot u ċerti dispożizzjonijiet jibqgħu fis-seħħ, anki wara li jiskadu r-Regoli tal-Abbonament għall-Ħallieqa jew jiġu tterminati.

5. Ikkuntattjana

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar dawn ir-Regoli jew dwar il-parteċipazzjoni tiegħek fl-Abbonamenti għall-Ħallieqa, kemm tiktbilna.