Aħna u nqisu x'jista' jitqies bħala Attività Eliġibbli, nistgħu neskludu dak li nsejħu “Attività Invalida”, jiġifieri attività li artifiċjalment iżżid n-numru ta' nies li raw il-kontenut, "followers", jew kwalunkwe prestazzjoni, spettaturi tal-kontenut tiegħek, jew interazzjonijiet li jistgħu jiġu mkejjla marbutin ma' l-iSnaps jew il-Kont tiegħek. Attività Invalida se tiġi ddeterminata minn Snap bi preferenza unika tagħha fi kwalunkwe u kull ħinijiet u tinkludi, imma mhux limitata għal, (i) spam, tfittxijiet invalidi, jew impressjonijiet invalidi, kontenut immarkat Favoriti, jew "follows" ġġenerati minn kwalunkwe persuna, "bot", programm awtomatiku jew minn instrument simili, inkluż bis-saħħa ta' kwalunkwe klikks jew impressjonijiet magħmulin minn fuq il-mowbajl tiegħek, minn mowbajls taħt il-kontrol tiegħek, jew minn mowbajls b'kontijiet ġodda jew suspettużi; (ii) impressjonijiet, kontenut immarkat Favoriti, jew "follows" iġġenerati permezz ta' ħlas ta' flus jew xi forma ta' kumpens ieħor lil partijiet terzi, rappreżentazzjoni falza, jew l-offerta biex tpartat spettaturi ta' Snaps; (iii) impressjonijiet, kontenut immarkat Favoriti jew "follows" iġġenerati permezz ta' attività li hi kkunsidrata b'xi mod bħala ksur tat-termini li jiggovernow is-Servizz, u (iv) klikks, impressjonijiet, kontenut immarkat Favoriti, jew "follows" marbuta b'xi mod ma' kwalunkwe attività spjegati fis-sezzjonijiet (i), (ii), (iii) u (iv) hawn fuq. Jekk niddeterminaw li ħadt segħem f'xi Attività Invalida, nistgħu nillimitaw jew nissospendu d-distribuzzjoni ta' l-iSnaps tiegħek fuq Spotlight u tista tiġi meqjusa ineliġibbli għall-Ħlasijiet.